Gafà ħu azzjoni!
Kummissarju Angelo Gafà
Aħna ħadna azzjoni fuq il-kuntratt qarrieqi ta' Rosianne Cutajar mal-ITS u ngħatajna raġun.
L-Uffiċċju tal-Awditur sab li t-taparsi impjieg ta' Rosianne Cutajar mal-ITS kien qarrieqi u rregolari. F' kelma waħda l-impjieg kien gidba.
Ahna ġbidna l-attenzjoni tal-Uffiċċju tal-Awditur fuq il-każ. Onorati li ħadna dan il-pass f'ismek ukoll.
Issa neżiġu li l-pulizija tieħu azzjoni biex nieħdu flusna lura. Għax ngħiduha kif inhi, is-salarju ta' Rosianne Cutajar gie direttament mit-taxxi li tħallas int.
Sponsored by
To:
Kummissarju Angelo Gafà
From:
[Your Name]
Sur Kummissarju,
Dmirek hu li kull membru tal-Korp jagħmel dmiru, inkluż inti. Il-ħolqien ta’ impjiegi fantażma fis-settur pubbliku hu miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi. Dan hu serq ta’ fondi pubbliċi li min jagħmlu jixraqlu li jwieġeb għal għemilu fil-Qrati Kriminali.
Għalhekk inħeġġek biex tagħmel xogħolok u tieħu azzjoni.